Originale | English Translation / Traduzione inglese / Traduction anglaise... |
SIEĦBI FIL-CUPBOARD TAL-KĊINA | MY FRIEND IN THE KITCHEN CUPBOARD |
| |
Id-dawl baxx bilkemm nara hawn ġew | Light is low, I can barely see |
Il-bieb magħluq naf li moħbija sew | The door is closed, I know I am well hidden |
Għax sakemm tinsab hawnhekk xejn mhu se jbeżżani | Coz as long you remain here, nothing will scare me |
| |
Il-bambin bagħtek mingħajrek m'jien xejn | God sent you, without you I'm nothing |
L-għajjat ta' barra jtarrax il-widnejn | Screams from outside that deafen |
Għax sakemm tinsab hawnhekk ħadd ma jinkwetani | Coz as long you remain here, nobody will worry me |
| |
Sieħbi fil-cupboard tal-kċina | My friend in the kitchen cupboard |
Qatt ma telaq minn ħdejja | Never left my side |
Qatt ma kellimni bil-herra | Never spoke to me in anger |
Qatt ma sakkarni fil-kamra | Never locked me in my room |
| |
It-tfal l-iskola ma nsemmulhom xejn | Let's not say anything to the friends at school |
Dan is-sigriet jibqa bejnietna t-tnejn | This secret remains between us |
Għax sakemm tibqa hawnhekk xejn ma jkun jonqosni | Coz as long you remain here, I will need nothing else |
| |
Jekk hawn l-istorbju toqgħodx tagħti kas | Nevermind the noise |
Issa l’hawn jien tgħaddi l-uġiegħ ta’ ras | Now that I am here, headaches will pass |
Għax sakemm nibqgħu flimkien ħadd mhu se jweġġgħana | Coz as long as we are together, nobody will hurt us |
| |
Sieħbi fil-cupboard tal-kċina | My friend in the kitchen cupboard |
Qatt ma telaq minn ħdejja | Never left my side |
Qatt ma kellimni bil-herra | Never spoke to me in anger |
Qatt ma sakkarni fil-kamra | Never locked me in my room |
| |
Sieħbi fil-cupboard tal-kċina | My friend in the kitchen cupboard |
Qatt ma benġilli jdejja | Never bruised my hands |
Qatt ma ħaraqni bil-ġamra | Never burned me with a cigarette butt |
Qatt ma gidimli widnejja | Never bit my ear |

Qatt ma rabatni mas-sodda | Never tied me to the bed |
Qatt ma waddabli l-platti | Never threw plates at me |
U qatt ma qalli jien naħti | Never told me I am to blame |
| |
Sieħbi fil-cupboard tal-kċina | My friend in the kitchen cupboard |
Qed jgħidu li mhuwiex vera | They're saying 'tis not true |
Qed jgħidu li mmaġinajtu | They're saying I imagined him |
Biss jiena naħlef li rajtu | Yet I swear I saw him |