Lingua   

Lil Malta

Walter Micallef
Lingua: Maltese


Walter Micallef


'L Malta fottewha xi kuntratturi
Xi politikanti mingħajr valuri,
U fuq qabarha poġġewlha bukett fjuri
Bl-istaletti, bħal tad-Duluri.

'L Malta fottewha u mingħajr ħniena,
Stuprawha u ħallewa għarwiena.
W aktar minn hekk, ma wrew l-ebda ndiema,
U nstemgħet mota minn tal-qampiena.

'L Malta fottewha u l-lum mitluqa.
Bħal prostituta, u kull minn għix minn fuqha
Baqgħu siekta u b'fommhom magħluqa,
U ttiegħem morra x'ħin idduqha.

'L Malta fottewha u t-tfal batew
Ġungla tal-konkos bnew fuq li bnew,
Tant li post fejn jilgħabu mank ħallew
'Mma huma stgħanew, u kemm stgħanew.

'L Malta fottewha w għalxejn nibkuha,
Għaliex kull deċiżjoni diġa ħaduha
U ngħid xi ngħid żgur li mhux sejrin jibdluha
kemm hi tal biki din il bluha .

Malta fottewha ma ħallewliex ħdura
Donnu bil-ħsieb kulħadd ittraskura
Ħadd ma qal xejn u lkoll żammejna pass lura
U l-lum trid tgħarrex biex tilmaħ fjura.

'L Malta fottewha u t-tfal batew
Ġungla tal-konkos bnew fuq li bnew,
Tant li post fejn jilgħabu mank ħallew
'Mma huma stgħanew, u kemm stgħanew.

'L Malta fottewha honqulha l-pulmuni
Fil waqt li gedsu l-miljuni,
Din lart spiċċat bħal nagħġa go halq iljuni
u jien qed ngħanni għaliex bikkmuni.

'L Malta fottewha bidlula surita
Mgħad baqax wied minn fejn tgħaddi xxita,
Donnu li hawn xi ħadd li qiegħed jishitha
Għaliex insejna min għad jiritha.

'L Malta fottewha u t-tfal batew
Ġungla tal-konkos bnew fuq li bnew,
Tant li post fejn jilgħabu mank ħallew
'Mma huma stgħanew, u kemm stgħanew.

'L Malta fottewha u t-tfal batew
Ġungla tal-konkos bnew fuq li bnew,
Tant li post fejn jilgħabu mank ħallew
'Mma huma stgħanew, u kemm stgħanew.



Pagina principale CCG

Segnalate eventuali errori nei testi o nei commenti a antiwarsongs@gmail.com




hosted by inventati.org